Books – Is-Suspetti Ta’ Dolly Fenton

14.95

1 in stock

Kitba ta’ Monica Gatt

Il-futur tiegħi u dak tat-tarbija jinsabu mhedda!

Is-suspetti dejjem joktru. Ma nista’ nafda lil ħadd aktar, la lil ħuti Edward u Thomas, u aktar u aktar lil missieri li jobgħodni. Jemmen li kaġun tiegħi jinsab fuq siġġu tar-roti. Lanqas lil Koli, il-koka tagħna li tafna nitwieldu, ma nista’ nafda.

Koli taf is-sigrieti kollha ta’ din id-dar, dar li qisha kastell, maqtugħa għaliha. Mhux id-dar biss għandha s-sigrieti tagħha imma kull min jgħix fiha. Saħansitra ommi għandha s-sigrieti tagħha. Nitla’ kuljum naraha fit-turretta fejn hi magħluqa.

Min huwa dak il-barrani li jkun iħuf fl-inħawi? X’konnessjoni għandu ma’ ħija Edward?

Għalija mnalla jkun ix-xogħol fl-uffiċċju tagħna tal-Belt għax almenu hemm Frank li nista’ nafda. Jew sejra żball ukoll?

Fl-aħħar il-maltemp se jgħaddi u mhux biss insib il-bnazzi imma wkoll l-imħabba meta ma nkunx qiegħda nistennieha.

1 in stock

SKU: 9789918211159 Categories: , , Tag: