Books – Id-Delittli tal-Mignuna

16.95

3 in stock

Giuseppe Cumbo
Addattat minn Charles B.Spiteri

3 in stock

SKU: 9789918212439 Categories: , , Tag:

Description

Alfonso u Ines, koppja żagħżugħa miżżewġa.

Lil Alfonso jaqtgħuh b’miġnun wara li dan jinsisti li oħtu, il-Kontessa Clara, mhix vera mejta ġot-tebut u li kienet se tindifen ħajja… eventwalment ikollu raġun.

Il-Kontessa Clara u r-raġel tagħha, il-Konti Guido Rambaldi—nobbli u għani kemm jesa’ ġildu—ikunu henjin fiż-żwieġ tagħhom sa ma ittra li tiġi miżinterpretata, iġġib gwaj kbir u mhux mistenni fuq din il-koppja.

Nara, tfajla l-ġmiel tagħha li f’għajnejn in-nies tidher innoċenti u ġenwina; iżda li fir-realtà hija malizzjuża, qarrieqa u egoista, lesta tinganna lil ħaddieħor basta tikseb dak li trid hi.

Rakkont mimli suspans u taqtigħat, li mhux biss jispikkaw fih it-temi tat-tradiment u r-rivinċità, iżda jagħti wkoll deskrizzjoni preċiża tal-qawl Malti: mhux kulma jleqq hu deheb.