Books – Tnax-il Sena Wara

14.95

4 in stock

Victor trabba b’għożża f’familja reliġjuża fi żmien meta r-reliġjon kellha dominanza fi mħuħ il-Maltin. Is-sittinijiet kienu żminijiet partikolari… il-kwistjoni poltiko-reliġjuża, l-indipendenza u l-qawmien taż-żgħażagħ fil-moda, il-mużika fost l-oħrajn. Victor inbidel minn tifel dieħel u ħiereġ il-knisja għal ġuvni fuq ruħu, imqareb f’għajnejn bosta.

Il-fittaġni ta’ Dun Saver u ta’ missieru biex jippruvaw iżommuh fl-istil ta’ ħajja li kienu jafu huma joħloq ribelljoni f’Victor li twasslu jaħrab minn Malta ma’ ħabibu Salvu. Id-destinazzjoni tagħhom… l-Ingilterra. Bl-għajnuna ta’ baħri, li kien jaħdem ma’ bastiment merkantili, jirnexxilhom jidħlu fil-pajjiż b’mod illegali u jispiċċaw jaħdmu fir-restorant tas-Sur Young fl-akkwati ta’ Westminster.

Hawn jiltaqa’ ma’ Carol, tfajla sabiħa, bint u l-mimmi t’għajnejn is-sid tal-post. Victor u Carol jinġibdu lejn xulxin b’mod istantanju. Iżda Victor kien maħrub minn pajjiżu, mingħajr wisq skola filwaqt li Carol kienet tfajla intelliġenti u dħulija u kienet qed tistudja biex tidħol l-Università.

Din ir-relazzjoni ħolqot problema għal missieha… waqt li Victor kien dejjem jagħmel ta’ rasu.

4 in stock

SKU: 9789918211876 Categories: , , Tag:

Description