Books – Il-Praspar Ta’ Mastru Gerfex

7.00

1 in stock

Mastru Gerfex hu bla dubju l-iktar bniedem popolari f’Hal Busbies. Malli ghalaq is-sittin waqaf mix-xoghol u beda bil-praspar. U xi praspar! Il-barumbati li jaghmel minn jum ghal jum ma jitwemmnux. U kienu sewwasew dawn il-praspar goffi li kisbulu t-titlu eccellenti ta’ Mastru Gerfex. Kien hemm min qal li mohh ix-xwejjah hfieflu bix-xjuhija, waqt li ohrajn xerrduha li rasu tkun spiss iddur bl-inbid li jixrob. Jien ma nafx min minnhom ghandu ragun, u mhix haga kbira li ghandhom bicca ragun kull wiehed. Li naf zgur hu li f’Hal Busbies in-nies kollha jhobbu u jiggostaw lil Mastru Gerfex ghall-praspar li jaghmel. Insomma, mhux in-nies kollha kollha jiggostawh! Is-Surgent Sacco, nghidu ahna, ma jistax jarah impingi, ghax mhux l-ewwel darba li thabbel fix-xibka tal-praspar tieghu. Anzi jhossu cert li l-inkwiet kollu li jinqala’ f’Hal Busbies hu dejjem htija ta’ Mastru Gerfex … u tal-kelb tieghu Ferfex. Ohrajn ghadhom sal-lum ma jafux kif jaqbdu jiktbu x-xwejjah … ghax xi drabi jilghabha tal-ikbar imbecilli fir-rahal kollu, u drabi ohra jhaddem rasu daqs l-iprem avukat. L-ahjar hu li taqraw il-praspar tieghu u tiggudikaw intom.

1 in stock

SKU: 9789990912203 Categories: , , Tag: