Books – It-Tarbija tax-Xebba

10.00

2 in stock

– Anna, tfajla tbigħ il-ġmiel, tiltaqa’ ma’ ġuvni gustuż u tieħu grazzja miegħu mill-ewwel. Mill-għada Anna qatt aktar ma rat lil wiċċu. Aktar tard saret taf li ħarġet tqila.
– Meta waslet biex ittemm it-tqala ltaqgħet ma’ Ġovann, armel li talabha tkun martu. Hi qaltlu li ma jkun ħadd jekk mhux dak li ħarġet tqila minnu. Ġovann tant ħa grazzja magħha li qabel infirdu qalilha biex jekk tbiddel fehmitha jew ikollha bżonn, tfittxu. Wara l-ħlas inqalgħu kumplikazzjonijiet li wasslu lil Anna tħalli din id-dinja. Saċerdot li assistieha waqt mewtha wegħedha li jaqtgħalha xewqitha u jmur Sqallija jfittex lil Ġovann u jitolbu jrabbi lit-tarbija.
– Tonio u martu ma kellhomx tfal u kienu jgħixu ma’ missieru. Huma ħaduha b’insult li jrabbu ’l din it-tarbija. Fl-aħħar inkixfu l-borom u Ġovann, missier Tonio, urieh il-provi kollha li dik it-tarbija ma kinitx barranija imma kienet demmhom stess.

Kitba ta’ Carmel Bianchi

2 in stock

SKU: 9789918211654 Categories: , , Tag: