Books – Marija – Il-Ħaqq

17.95

1 in stock

Alfredo Eduardo Borg
Addattat minn Charles B. Spiteri

1 in stock

SKU: 9789995799458 Categories: , , Tag:

Description

Jasal pellegrin fil-Kastell l-Iswed ghall-kenn. Min kien tabilhaqq dan il-pellegrin fqir, bla flus u bla dar? In-nanu, dejjem wahdu, ‘il boghod minn kollox u minn kulhadd, isir habib ta’ dan il-pellegrin. Il-pellegrin jispicca jiftah qalbu man-nanu. Clotilde tingibed lejn dak il-pellegrin li tant kienet tigih hniena minnha.
Il-kampanjol iz-zghir kien jibza’ min-nanu. Ma kienx jafdah. Kien jghasses lil Clotilde minghajr ma jhalli lil hadd jinduna.

Jigu zewg saltimbanki fil-bosk. Min kienu, u x’riedu jigu jaghmlu f’dan il-post tant imwarrab?

Luciano u s-Sinjura Leonia jinghaqdu ghal ghan wiehed. Jirnexxi l-ghan taghhom wara tant tbatija u taqtigh ta’ qalb?

Marija l-Hamra, ix-xiha li kienet tghix fis-suq il-qadim, tisfa wahidha wara l-inkwiet li kienet ghaddiet minnu f’hajjitha. Hsiebha kien biss fi wliedha. Imma x’setghet taghmel sabiex isserrah mohhha?