Books – Passju

14.95

2 in stock

Ir-riħ li kien ġej mit-Tramuntana kien kessaħ kullimkien u kien qed iġorr miegħu kull xorta ta’ imbarazz. Deher il‑bieb ta’ darha jitbexxaq. Figura kemxejn abbattuta dehret tixref ’il barra. Eva. Fejn kienet sejra? Għalfejn kienet tmur bil‑mixi sal-palazz kull filgħaxija? X’konnessjoni kellu l-passju?

L-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u fl-Uganda, fejn niltaqgħu ma’ Eva u l-imħabba ta’ ħajjitha – is-Surġent Maġġur Christopher Michael Steward.

Wara li jibdlulha l-apparenza, Eva tispiċċa spija fuq il‑Brigadier Frederick Ralph Henson u tgħix ħajja li mhix tagħha. Imma x’jiġri xħin tinkixef il-verità? Tgħid is‑Surġent Maġġur kien verament mejjet? Min kien dak is‑suldat misterjuż li kien salvalha ħajjitha? U x’jiġri dakinhar tat-tieġ tagħha?

Dan ir-rumanz huwa rakkont drammatiku b’element senswali u xi ftit sopranaturali, li jdaħħlek f’intriċċi li jqanqlulek kurżità sa xħin finalment tinkixef il-verità. Imma x’inhi l-verità? X’inhi l-vera mħabba?

2 in stock

SKU: 9789918211098 Categories: , , Tag: