SKU: 9789918213672
€8.95

Nitgħallmu mal-Kokka jinkludi 8 temi li jikkumplimentaw il-ktieb tal-qari Naqra mal-Kokka.
Kull tema hemm marbuta magħha diversi eżerċizzji tal-grammatika u tal-ortografija li permezz tagħhom it-tfal ikomplu jsaħħu l-vokabularju relatat mat-tema.
Dan isir ukoll bis-smigħ ta’ lezzjonijiet qosra tal-grammatika Maltija.
L-eżerċizzji ta’ taħriġ il-fehem għandhom jinħadmu b’referenza mill-ktieb tal-qari li jwasslu biex jistimulaw il-kitba kreattiva. Għalhekk Naqra mal-Kokka u Nitgħallmu mal-Kokka għandhom jintużaw id f’id biex it-tfal ikollhom esperjenza sħiħa ta’ tagħlim.
Approvat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu



