Books – Karamellu tar-Rahal t’Isfel

8.00

Out of stock

Fl-ewwel tliet stejjer f’dan it-Tieni Ktieb dwaru naraw lil Karamellu wiċċ imb wiċċ ma’ barbaġann, niltaqgħu ma’ sieħbu magħruf bħala ‘Bertu l-Imqareb’, u nsibu x’ġara minn dulliegħa meta Karamellu mar l-ewwel darba Għawdex.

Fi tliet stejjer oħrajn naqaw dwar praspar waqt waħda mill-fieri tal-Kappillan, nieħdu gost ma’ Karamellu f’ħarġa sa Marsaxlokk u dawra fuq luzzu, u niskopru x’ġara jum minnhom waqt li nannu ta’ Karamellu kien qed iqaxxar il-leħja.

Stejjer oħrajn juruna x’għamlet il-kelba ta’ ziju ta’ Karamellu meta marru jħumu, ilaqqgħuna ma’ Nikol tal-Ħalib u mara li kienet tiffittah, jgħidulna kif grillu ħarbat lejl ta’ mistrieħ fid-dar ta’ Karamellu, u jiftħulna tieqa fuq x’jista’ jiġri minħabba s-sħana, l-għomma u l-għakar.

Out of stock

SKU: 9789918001675 Categories: , , Tag: