Books – Il-Landier Tal-Assedju l-Kbir – 1565

12.95

Out of stock

Żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565. Niltaqgħu ma’ bosta personaġġi fit-taqbida ħarxa kontra t-Torok ta’ Turgut, Pjali Paxà, u Mustafa Paxà.

Kruċ il-Landier, ħuh Ċikwejra, Martha, xebba ta’ ħamsa u għoxrin sena, u l-Kappillan Dun Giannello, flimkien mal-pappagall tiegħu Buongiorno, iħallu Ħal Qormi biex huma wkoll ikunu fil-qalba tal-assedju fil‑Birgu.

Il-ġrajja mdemmija sewwa titħawwar bl-imħabba mistura ta’ tfajla maħruba mill-ħarem Tork ta’ Kanun Sulejman u l-ispjunaġġ ta’ Mahmoud, ġuvni Tork ta’ nisel Malti. U Bażilja, bint in-Nutar Moscato tal-Imdina, imwielda l-Greċja, kif jirnexxilha taqra x-xorti ta’ kull min tara quddiemha, inkluż ta’ de Valette?

Kif jgħinu lill-Kavallieri ta’ San Ġwann, speċjalment lill-Gran Mastru u ’l-Kavallier Romegas, f’din is-sħaba sewda fuq il-gżejjer tagħna?

Rumanz interessanti li jieħu lill-qarrejja fi ġrajja tassew imqanqla sat-tmiem tagħha.

Kitba ta’ Karmenu Mallia

Out of stock

SKU: 9789918211258 Categories: , , Tag: