Showing 51–67 of 67 results

  • Books – Maskri u Misteri

    9.95

    Alexia Xuereb Diacono

    Qtil doppju gewwa sqaq mudlam.
    Krista, tfajla orfni li ghaddiet minn trawma. Tiftakar biss maskra sewda li hija l-kagun ta’ hafna holm ikrah li jikkundizzjonalha hajjitha. Minn età tenera jkollha titrabba f’istitut. Tul hajjitha tiltaqa’ ma’ hafna ostakli, imma madanakollu xorta tibqa’ determinata li ssib il-qattiel. Tghid se jirnexxilha?
    Sister Matilda, persuna li lesta taghti hajjitha ghat-tfal tal-istitut.

    Il-Maskarat, min-naha l-ohra, idur u jhuf fid-dlamijiet tal-lejl. Kriminal jew ragel twajjeb? Ragel li jasal ghal kollox, zgur li ahjar tkun qed tahdem favorih milli kontrih.
    Xi darba jew ohra l-hajjiet ta’ dawn l-individwi se jiltaqghu, u min jaf minn kemm esperjenzi jridu jghaddu flimkien. Misteri, drama u romanticizmu.
    Min hu l-Maskarat? X’kien hemm wara dak il-qtil?

    Add to basket
  • Books – Meta Nħaraq in-Notre Dame

    14.95

    Kitba ta’ Elio Lombardi

    Read more
  • Books – Migratory Birds in Malta: A Street Art Guide

    10.00

    – Artwork by James Micallef Grimaud a.k.a. TWITCH
    – Curated by Rachel Formosa

    Read more
  • Books – Nifs Li Kważi Kissirni

    10.00

    Clifford Galea
    Ma’ Glen Calleja

    Add to basket
  • Books – Other Brother

    2.99

    Bon raised his hand as if to say hello to me, but I turned quickly away. I didn’t want anyone to know that we knew each other, much less that we were related.

    Kieran wants to be part of the cool group at school. He wants to be on the football team. He wants to fit in. But his cousin Bon is different. Bon doesn’t know anything about fitting in. He doesn’t like playing sport; he wears his long, blond hair in a plait; and he speaks in a funny, precise voice. So when Bon joins Kieran’s school, Kieran is angry and embarrassed and wishes he would disappear. But can he just sit back and watch while his friends bully Bon? With unflinching honesty, Other Brother takes on childhood jealousy, family secrets, unexpected kindnesses and the crucial turning points when the path diverges between being popular and doing the right thing.

    Written By: Simon French

    Read more
  • Books – Paceville u Lil Hinn Minnu

    5.00

    Kitba ta’ Anton Sammut

    Add to basket
  • Books – Passju

    14.95

    Ir-riħ li kien ġej mit-Tramuntana kien kessaħ kullimkien u kien qed iġorr miegħu kull xorta ta’ imbarazz. Deher il‑bieb ta’ darha jitbexxaq. Figura kemxejn abbattuta dehret tixref ’il barra. Eva. Fejn kienet sejra? Għalfejn kienet tmur bil‑mixi sal-palazz kull filgħaxija? X’konnessjoni kellu l-passju?

    L-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u fl-Uganda, fejn niltaqgħu ma’ Eva u l-imħabba ta’ ħajjitha – is-Surġent Maġġur Christopher Michael Steward.

    Wara li jibdlulha l-apparenza, Eva tispiċċa spija fuq il‑Brigadier Frederick Ralph Henson u tgħix ħajja li mhix tagħha. Imma x’jiġri xħin tinkixef il-verità? Tgħid is‑Surġent Maġġur kien verament mejjet? Min kien dak is‑suldat misterjuż li kien salvalha ħajjitha? U x’jiġri dakinhar tat-tieġ tagħha?

    Dan ir-rumanz huwa rakkont drammatiku b’element senswali u xi ftit sopranaturali, li jdaħħlek f’intriċċi li jqanqlulek kurżità sa xħin finalment tinkixef il-verità. Imma x’inhi l-verità? X’inhi l-vera mħabba?

    Add to basket
  • Books – Pietru

    14.95

    il-Halliel tal-Birgu
    Kitba ta’ Charles Micallef St John

    Add to basket
  • Books – Rubini

    16.95

    Kitba ta’ Sharon Calleja

    Add to basket
  • Books – Suwed Ulied il-Lejl

    17.96 Select options
  • Books – Tano

    14.95

    Kitba ta’ Monica Gatt

    Add to basket
  • Books – Tgħallaq u Baqa’ Haj

    2.99

    Kitba ta’ Emilio Lombardi

    Read more
  • Books – The Beginner’s Guide to Fitness Book

    7.00

    Whether you are looking to tone up, lose some weight or just get in shape, here is a complete guide containing all you need to get started on your new fitness programme.

    Step by step exercises covering all body areas

    Warming up and cooling down exercises to keep your body safe

    An easy to follow twelve week exercise planner

    Advice regarding diet, body type and a healthy lifestyle

     

    Add to basket
  • Books – Tnax-il Sena Wara

    14.95

    Victor trabba b’għożża f’familja reliġjuża fi żmien meta r-reliġjon kellha dominanza fi mħuħ il-Maltin. Is-sittinijiet kienu żminijiet partikolari… il-kwistjoni poltiko-reliġjuża, l-indipendenza u l-qawmien taż-żgħażagħ fil-moda, il-mużika fost l-oħrajn. Victor inbidel minn tifel dieħel u ħiereġ il-knisja għal ġuvni fuq ruħu, imqareb f’għajnejn bosta.

    Il-fittaġni ta’ Dun Saver u ta’ missieru biex jippruvaw iżommuh fl-istil ta’ ħajja li kienu jafu huma joħloq ribelljoni f’Victor li twasslu jaħrab minn Malta ma’ ħabibu Salvu. Id-destinazzjoni tagħhom… l-Ingilterra. Bl-għajnuna ta’ baħri, li kien jaħdem ma’ bastiment merkantili, jirnexxilhom jidħlu fil-pajjiż b’mod illegali u jispiċċaw jaħdmu fir-restorant tas-Sur Young fl-akkwati ta’ Westminster.

    Hawn jiltaqa’ ma’ Carol, tfajla sabiħa, bint u l-mimmi t’għajnejn is-sid tal-post. Victor u Carol jinġibdu lejn xulxin b’mod istantanju. Iżda Victor kien maħrub minn pajjiżu, mingħajr wisq skola filwaqt li Carol kienet tfajla intelliġenti u dħulija u kienet qed tistudja biex tidħol l-Università.

    Din ir-relazzjoni ħolqot problema għal missieha… waqt li Victor kien dejjem jagħmel ta’ rasu.

    Add to basket
  • Books – Triq L-Arkata

    9.95

    Triq l-Arkata huwa ġabra ta’ rakkonti u stejjer qosra li l-awtur għadda minnhom fi tfulitu. In-nostalġija kulħadd iġarrabha imma mhux kulħadd kapaċi jerġa’ jara l-istess ġrajjiet bl-istess lenti sempliċi tat-tfulija.

    Augusto Cardinali jirnexxilu u xi drabi – b’mod umoristiku partikolari li hu magħruf għalih – ipinġi bil-kliem l-ambjent tal-imgħoddi.
    Għal dawk li għexu fl-ambjent ta’ raħal u żmien li fih trabba l-awtur, titqanqal nostalġija.
    Għal dawk li ġew wara s-sebgħinijiet, tinfetaħ tieqa fuq żmien ieħor li fuqu nbniet il-ħajja Maltija tal-lum.

    Novelli

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    Read more
  • Books – Ulied il-Fenton

    14.95

    – Is-Suspetti ta’ Dolly Fenton ikompli . . . Ulied il-Fenton
    – Id inviżibbli, wiċċ mistur, għadu moħbi, fantażma… qegħdin fi gwerra kontra kull min jgħix fil-villa.
    – Dawk l-atti vandali u dawk l-ittri anonimi kollha jfissru ħaġa waħda: xi ħadd waħħalha f’moħħu li jivvendika ruħu minn kull wieħed u waħda. Xi ħadd jobgħodhom… imma min? Il-ġrajjiet tal-passat li kienu swew tant deni għal Dolly u Edward Fenton għaddew u marru. Allura għaliex kellu jinqala’ dan l-inkwiet wara tant snin? Minn dak iż-żmien ’l hawn akkwistaw l-akbar żewġ ġojjelli f’ħajjithom, uliedhom Amber u Lisa.
    – Id-dubji jaqgħu saħansitra fuq dak il-Kuban, qattiel bla ħniena… imma dak maqful f’ħabs l-Amerka. Thomas ukoll jinsab ’il bogħod, fi Florida. Allura min jista’ jkun?
    Minn dan it-twegħir joħroġ ukoll it-tajjeb. Ġamri jaqta’ xewqtu li jpatti għad-deni li kien wettaq fil-passat billi din id-darba joħroġ għonqu għall-Fenton, xi ħaġa li qatt ma stennew. Walter, iben Connie l-fattiga, kif ukoll ħabibu Martin isiru l-fus f’ħajjet il-kuġini, Amber u Lisa.
    – Sa tmiem l-investigazzjoni tal-pulizija jilħqu jinkixfu fatti sorprendenti kif ukoll l-erba’ żgħażagħ isibu l-iskop ta’ ħajjithom.

    Kitba ta’ Monica Gatt

    Add to basket
  • Books – ‘Il Barra Mill-Habs

    12.95

    – Malli priġunier jiġbed in-nifs tal-libertà, isib quddiemu triq twila… żmien ġdid… bidliet li qajla jkun intebaħ bihom fis‑snin li qatta’ ’l bogħod mis-soċjetà. U aktarx li wara l-ferħ tal-ewwel jiem jintebaħ li l-ostakli huma kbar –ix-xogħol, id-dar, il-flus, it-trasport… Il‑familja u l-ħbieb lanqas mhuma dejjem ta’ spalla għal min jirriforma ruħu u l-individwu faċilment jerġa’ jinqabad fix-xibka tal-kriminalità.
    – Pawlu u John, eks priġunieri, jiddeċiedu li jkunu huma ta’ sostenn għal min joħroġ mill-ħabs biex verament jintegra ruħu fil-ħajja li jkun nesa li teżisti. Iżda kemm jirnexxilhom jirriformaw ruħhom Sammy, Patrick, Tony, Lucy, Jackie u Jesmond? U x’ostakli jħabbtu wiċċhom magħhom fid‑dar il-ġdida?

    Add to basket